Kultura Lokali

Album ġdid ta’ The Crowns

The Crowns

The Crowns ser ikunu qed joħorġu album ġdid nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru 2019 f’The Palace, Raħal Ġdid. Dan huwa t-tieni album tagħhom.

It-titlu tal-album magħżul hu ‘Next in Line’.

L-idea wara dan it-titlu toħroġ mill-fatt li dan hu l-“album li jmiss” wara l-album tad-debutt ta’ The Crowns fl-2013. Fih ser ikun hemm 12-il kanzunetta fejn anke jinkludi kanzunetti li ġew rilaxxati bħala singles matul l-aħħar sentejn.

L-arti tal-album ġiet maħduma madwar it-titlu grazzi għat-talent Stephanie Galea (stephaniegalea.com) li ħadmet direttament fuq l-arti.

Għal aktar informazzjoni żuru;

Facebook: facebook.com/thecrownsmalta 

Instagram: www.instagram.com/thecrowns_malta

Youtube: www.youtube.com/crownsmalta