Budget 2020 Lokali

BUDGET 2020: Xandiriet speċjali mis-6pm ‘il quddiem

Illejla l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jippreżenta il-Budget għas-sena d-diehla – Budget li għalih hemm stennija kbira sabiex il-Gvern jibda jtaffi ftit mill-piżijiet kbar li iddahhlu fl-ahhar tneax-il xahar; partikolarment iż-żieda qawwija fil-prezz tal-petrol u d-diesel.

Il-Budget jitressaq għall-ħabta tas-6:30pm.

Net TV se jxandar servizz estensiv b’edizzjoni speċjali tal-programm NETLIVE li jibqa’ għaddej sa tard bil-lejl.

Anke Net News se jkun qed joffri rappurtaġġ tul il-jum kollu, b’aġġornamenti LIVE mill-Parlament, dettalji fuq il-portal netnews.com.mt, l-ewwel reazzjonijiet tal-unions u l-Korpi Kostitwiti, kif ukoll analiżi tal-miżuri kollha mħabbra fil-Budget.

Il-ġimgħa d-dieħla imbgħad issir ir-replika għall-Budget mill-Kap tal-PN Adrian Delia.