HIBERNIANS…………….. 78 STARLITES GIG………………… 61
(22-21, 18-16, 14-18, 24-5)
Hibernians: P. Attard, D. Bugeja (10), K. Caruana, L. Farrugia, I. Bonett (7), N. Vasovic (19), A. Axiaq (10), M. Matijevic (6), M. Attard, C. Rowe (9), I. Domcesan (17)
Starlites: A. Felice Pace (6), R. Bonnici (14), I. Felice Pace (2), M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri (8), R. Carabott, I. Kunvic, K. Koules (14), J. Merseeille (13)
Referees: B. Vassallo, G. Barbara, T. Mantere
Hibernians bdew l-impenji tagħhom fl-MBA Shield b’rebħa kontra Starlites li waslet fl-aħħar minuti. Hibernians bnew vantaġġ żgħir ta’ 7-3 u għalkemm Starlites irkupraw l-iżvantaġġ, Hibernians temmew l-ewwel perjodu 22-21 minn fuq wara li Starlites kisbu sitt punti konsekuttivi.
Il-Pawlisti kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti fit-tieni perjodu u saħansitra marru 37-24 fil-vantaġġ. Starlites kellhom l-aħjar mument fil-logħba hekk kif naqqsu d-distakk għal punt iżda Hibernians għamlu l-aħħar basket u daħlu jistrieħu 40-37.
Starlites komplew fejn ħallew u ħadu vantaġġ ta’ 47-42 fil-bidu tat-tielet perjodu. Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ iżda kienu Starlites li ħadu vantaġġ minimu ta’ 56-54. Starlites tilfu lil Bonnici bil-ħames fawl u fl-aħħar għaxar minuti, Hibernians ħarġu aktar determinati u wara li marru 62-59 fil-vantaġġ, komplew jiddettaw il-logħob biex aċċertaw mir-rebħa.
GŻIRA ATHLETA……………….. 64 BUPA LUXOL………………. 59
(12-19, 21-20, 16-16, 15-4)
Gżira: S. Crossland (31), S. Pace (1), B. Zammit, S. Vincic, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb (5), M. Gouder (6), M. Novelovic (5), I. Thiesen (16), E. Abela, R. Abela
Luxol: J. Cefai, V. Jandric (13), E. Caruana Montaldo, L. Trapani, F. Mifsud Bonnici (7), J.P. Schembri (11), K. Dimech (18), I. Pace, S. Opojevliv (5), S. Capello (5)
Referees: T. Mantere, Z. Dobrosevljevic, S. Jabalica
Din il-logħba wkoll ġiet deċiża fl-aħħar sessjoni. Luxol taħt it-tmexxija tal-kowċ Duncan Fenech li ħa post il-veteran John Tabone, kienu kważi l-ħin kollu fil-vantaġġ imma fl-aħħar bejn nuqqas ta’ esperjenza u għejja, spiċċaw biex tilfu kollox.
Wara bidu bilanċjat, Vukasin Jandric spikka biex poġġa lil Luxol 17-10 minn fuq u spiċċaw l-ewwel perjodu 20-12 fil-vantaġġ. Gżira pruvaw jirkupraw fil-bidu tat-tieni sessjoni imma Luxol żammew ir-ritmu u rnexxielhom jidħlu sitt punti vantaġġ.
Gżira Athleta bdew it-tielet perjodu aħjar u naqqsu d-distakk għal 44-43 u wara li Luxol kabbru l-vantaġġ għal tmien punti, Athleta naqqsu d-distakk għal 55-49. Iż-żewġ timijiet bdew jiżbaljaw fl-aħħar perjodu, b’Connell Crossland jagħmel ħsara lil Luxol taħt il-boards filwaqt li Jandrix ma kienx preċiż għal Luxol li kisbu biss punt minn free-throw fl-aħħar minuti.
BASKETBALL – MBA SHIELD TAN-NISA
Rebħiet għal Hibernians u Starlites
Hibernians komplew fejn ħallew mir-rebħ tas-Super Cup biex kisbu l-ewwel rebħa fis-St. James Hospital Shield meta għelbu lil ARMS Depiro 75-53. Hibernians għamlu ħafna ħin mil-logħba kollha minn fuq wara li Depiro kienu għamlu l-ewwel basket tal-logħba.
Depiro ħadu vantaġġ parzjali ta’ 24-21 fil-bidu tat-tieni perjodu iżda Hibernians irnexxielhom idawru l-vantaġġ b’sitt punti konsekuttivi biex daħlu jistrieħu 35-32 minn fuq. Depiro baqgħu viċin l-avversarji wara l-mistrieħ sakemm Hibernians kisbu tnax mill-15-il punt lejn tmiem it-tielet perjodu, biex bdew l-aħħar għaxar minuti 56-45. Ir-reazzjoni ta’ Depiro baqgħet ma waslitx, b’Hibernians jikkontrollaw tajjeb sat-tmiem.
Fit-tieni logħba, iċ-champions Starlites GIG kellhom jitħabtu biex għelbu lil Luxol 66-59. Starlites ħarġu tajjeb u fetħu vantaġġ żgħir li żammewh sa tmiem l-ewwel perjodu. Il-vantaġġ kiber għal 22-12 fit-tieni sessjoni, b’Luxol jirkupraw biex naqsu l-iżvantaġġ għal 29-22.
Luxol pruvaw jersqu viċin wara l-mistrieħ, b’Starlites jibqgħu xorta jgawdu 44-35 fuq quddiem. Kien fl-aħħar ħames minuti li Luxol żiedu l-isforzi u resqu sa tliet punti bogħod bl-iskor 62-59, iżda Starlites ikkontrollaw tajjeb minn free-throws biex ħarġu rebbieħa.
//= $special ?>