Id-dilettanti tal-karozzi se jitħallew jistennew biex titwettaq il-wegħda magħhom u tinbena t-trakka li tant ilhom jitolbu u jiġu mwiegħda mill-Gvern.
Dan hekk kif, fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna baqa’ jgħid li l-proġett għadu jrid jiġi mniedi, bit-tama li “żmien qrib” il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jħabbar xi żviluppi.

Din id-dikjarazzjoni hi simili għal dak li kien intqal fil-Budget tal-2015 u dak tal-2017, meta kien intqal li fl-2015 kellha toħroġ sejħa għall-espressjoni u fl-2017 jkun deċiż il-pass li jmiss.

