Il-gżira Għawdxija baqgħet minsija minn dan il-Gvern Laburista hekk kif fil-budget 2020 tissemma’ kważi ftit li xejn.
Wegħdiet fierħa li kienu saru jew ġew riċeklati jew issa qed jipprova jnessihom.
Fost l-oħrajn hemm:
- l-iskola tar-Rabat
- Fast Ferry Service bejn il-gzejjer
- id-dar tal-anzjani f’Għajnsielem
- is-servizz ta’ ħelikopter bejn Malta u Għawdex
- il-proġett tal-mina
- il-Cruise Liner terminal għal Għawdex
Minkejja t-tgergir kollu li kien qed jissemma’ minn fomm kulħadd b’rabta mas-servizzi, jew anki l-pay gab bejn Malta u Għawdex, għalkemm din tissemma’, ma jgħidx kif din tista’ sseħħ.
Dwar trasport, għalkemm semma’ l-fast ferry service u anki l-mina, żewġ affarjiet li ssemmew bosta drabi fis-snin preċidenti, ma jgħidx, meta, u kif dawn se jinħolqu. Fi ftit kliem intużat retorika annwali b’referenza għal ideat li żgur jgħinu fin-nuqqasijiet ta’ trasport li preżentament qed naffaċċjaw bejn Malta u Għawdex.
Għajr l-iskola tar-Rabat Għawdex, proġett li ilna nismigħu żmien u għmor bih, ma ssemmiex proġett ieħor maġġuri edukattiv għal Għawdex, l-istess wkoll fis-settur sportiv għajr għal race course ġdid taż-żwiemel.
Is-sajjieda u l-bdiewa f’Għawdex ma ingħataw l-ebda inċentiv addizjonali, anki jekk dawn is-setturi huma b’saħħithom ferm f’Għawdex, il-Gvern Laburista ma fittex l-ebda investiment ġdid speċifikat għal Għawdxin.
Fost l-oħrajn l-ideat ta’ korpi Għawdxin għat-turżizmu ġew injorati u mwarrba fosthom l-idea tal-GTA dwar ir-rata ta’ VAT għar-restoranti u negozji oħra li joperaw fl-industrija turistika f’Għawdex biex tonqos minn 18% għal 10%.
Budget 2020 li ma tax każ il-ħtiġijiet u l-affarjiet l-aktar neċċessarji li l-Għawdxin għandhom bżonn.
//= $special ?>