Il-Gvern ma indirizzax waħda mill-akbar sfidi li għandu pajjiżna, jiġifieri n-nuqqas ta’ edukaturi fis-sistema edukattiva ta’ Malta. Din kienet ir-reazzjoni tal-Union of Professional Educators wara d-diskors tal-Baġit 2020.
Fi stqarrija huma saħqu li kien ikun aktar għaqli kieku l-Gvern għamel aktar sabiex indirizza din il-problema.
Dan filwaqt li esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-aħbar li Malta rreġistrat surplus u li l-ekonomija kompliet timxi ‘l quddiem filwaqt li ma żdidux taxxi diretti fuq l-għalliema.