L-eks ċiklist Eddy Merckx jinsab fl-isptar wara li sofra minn daqqiet f’rasu wara li ħabat bir-rota. Merckx li għandu 74 sena, kien għaddej bir-rota ma’ sħabu meta ħabat u waqa’, f’dik li l-media tal-lokali ddeskriviet bħala uġigħ serju fir-ras qabel ittieħed lejn l-isptar.
Merckx ittieħed fir-raħal ta’ Dendermonde u nżamm fl-isptar, bit-tobba riedu jevitaw riskji minħabba li l-pacemaker li kien sarlu sitt snin ilu. Din l-aħbar tasal wara li ftit ġimgħat ilu, l-istilla tat-Tour de France Raymond Poulidor, ittieħed fl-isptar fiċ-ċentru ta’ Franza.
Merckx hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa ċiklisti ta’ kull żmien. Hu rebaħ it-Tour de France ħames darbiet, il-Giro d’Italia ħames darbiet ukoll kif ukoll darba La Vuelta, biex rebaħ l-akbar tliet Tours fiċ-ċikliżmu, xi ħaġa li għamluha seba’ persuni biss.
//= $special ?>