Budget 2020 Lokali

Il-Malta Motorsport Federation kuntenta li reġgħet issemmiet it-trakka

(Ritratt: Alex Buttigieg)

Fi stqarrija, il-Malta Motorsport Federation (MMF) laqgħet b’sodisfazzjon li l-Gvern reġa għal darb’oħra ikkonferma li qed ikun qed jagħmel il-pass li jmiss biex iwettaq il-proġett tat-trakka tal-karozzi.

Dan minkejja li, għal sen’oħra l-Gvern reġa’ wiegħed it-trakka mingħajr ma qal fejn se ssir u meta se jibda dan il-proġett, aħseb u ara meta se jitlesta.

L-istqarrija tal-MMF tasal wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm iktar laqgħat bejn il-Gvern u l-Federazzjoni.

Kif għamlet fis-snin li għaddew, il-Federazzjoni wegħdet li ser tkompli toffri s-sapport totali lill-Gvern biex fis-sena li ġejja, jagħmel dawk il passi konkretti li jmiss b’mod ċar ħalli din il-ħolma ta’ ħafna snin titwettaq mingħajr aktar dewmien għad-detriment tal-ħafna dilettanti u għall-iżvilupp ta’ dan l-iport.

Fl-istess waqt il-Federazzjoni tistqarr li ma kinetx sodisfatta li proposti oħrajn minuri li ressqet ma ġewx inklużi, proposti li setgħu kienu ta’ għajnuna temporanja sakemm jitwetttaq il-proġett proprju tat-Trakka tal-Karozzi.