Kais Saied qed iħejji biex isir il-President ġdid tat-Tuneżija fost indikazzjonijiet li hu kiseb 76 fil-mija tal-voti mill-aħħar fażi tal-elezzjoni Presidenzjali li saret nhar il-Ħadd. Dan meta, għalissa, ma kienu pubblikati l-ebda riżultati uffiċjali.
Saied, li hu professur tal-liġi rtirat, ikkuntesta kontra Nabil Karoui, sinjurun tal-istampa, li mexxa l-kampanja tiegħu mill-ħabs wara li hu kien spiċċa arrestat fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus u frodi fit-taxxa.
Karoui, li ħamest ijiem ilu kien inħeles fuq direttiva tal-qorti, qed jiċħad l-akkużi u l-uffiċjali wissew li hu ’l quddiem, jista’ iressaq appell fuq l-argument li ‘ma kienx permess li jmexxi kampanja elettorali xierqa’.
Wara li ħarġu l-ewwel exit polls, Kais Saied deher quddiem il-partitarji tiegħu, fost iċ-ċelebrazzjonijiet f’Tunis, fejn ‘irringrazzja lit-Tuneżini żgħażagħ talli qalbu paġna ġdida fl-istorja ta’ pajjiżhom’.
Il-konkorrenza tal-votanti fl-eżerċizzju tal-Ħadd qabżet il-50 fil-mija.
//= $special ?>