Hemm tant kwistjonijiet fuq hiex niddiskutu, iżda qed niffukaw biss fuq it-tfal li jilbsu l-imsielet għall-Iskola.
Kliem Nikolai Livori, Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija lokali tal-betting, li qal li ma jistax jifhem kif il-“kontroverja tal-imsielet” ingħatat daqstant importanza fuq il-media, filwaqt li ħadd mhu jitkellem dwar kif problemi reali oħra fil-pajjiż.
Fost l-oħrajn, hu jsemmi kif “sistema ta’ bank qed tikkollassa, l-industrija tal-iGaming tinsab f’xifer ta’ falliment, Block Chain Island li fil-verità qatt ma bdiet, instabbiltà fis-suq tal-propjetà u nuqqas ta’ riżorsi umani”.
Għaldaqstant, hu staqsa lill-Ministru Evarist Bartolo jekk għandniex niffukaw aktar dwar dak li rridu lil uliedna jistudjaw għalih, bħal suġġetti relatati mal-IT … filwaqt li appellalu ma jibqax jaħli r-riżorsi fuq kwistjonijiet “żgħar” bħal dawn.
