Kultura Lokali Mużika

JUST MUSICALS 7… kunċert live b’differenza

Spettaklu mużikali fit-teatru tal-Istitut Kattoliku

Nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru, fis-7.30pm, u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru, fis-6.30pm, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, se tittella’ s-7 edizzjoni ta’ sensiela ta’ kunċerti mtella’ mill-kumpanija Teatru Rjal bit-tema Just Musicals.

Din l-edizzjoni se tkun waħda b’differenza għaliex minbarra siltiet mużikali magħrufa, meħuda minn uħud mill-aqwa musicals popolari, hemm diversi interventi komiċi minn tliet personalitajiet li żgur ma għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni: Hector Bruno, Ronald Briffa u Marica Mizzi.

Bħalma ġara dejjem f’din is-sensiela, biex jinterpretaw is-siltiet mużikali se jkun hemm kantanti ta’ stoffa li żgur se jagħtu interpretazzjoniet brillanti. Fost dawn: Neville Refalo, J Anvil, Debbie Scerri, Petra, Michela Galea, Jasmin Abela, Craig Roy Vella u Leah Mifsud flimkien mal-Kinetic Dance Studio.

Fost is-siltiet li se jiġu esegwiti hemm minn The Greatest Showman, Lion King, Les Miserables Phantom of the Opera, A Star is Born u ALADIN. Dan kollu joffri spettaklu ‘live’ ta’ satira, mużika, żfin u dawl. L-arranġamenti mużikali huma ta’ Conrad Briffa, li hu wkoll id-direttur mużikali. Direzzjoni ta’ Ray Abdilla bi Produzzjoni ta’ Pawlu Testa.

Booking online fuq www.ktrmalta.com jew il-hotline 99994987 kif ukoll mingħand Pawlu Testa Travel (99476468) u mill-Booking Office tal-Istitut Kattoliku bejn l-4.00 u 7.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd 9.30am sa 12pm.