Lokali

Karozza ttajjar anzjana fil-Birgu

Issofri ġrieħi gravi

Anzjana mill-Birgu ta’ 68 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjret minn karozza fi Triq Desain, il-Birgu.

Il-karozza, tal-għamla Perodua Rusa, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 61 sena minn Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla u ambulanza, li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.