Koppja rraprezzentaw lil Malta ġewwa l-Polonja fil-kompetizzjoni Baltic Cup fejn kisbet is-sitt post fil-kategorija Rising Stars Latin waqt il-World Open.
Robert Micallef u Raisa Carabott fil kategorija Adults, fi tmiem il-ġimgħa waslu sal- finali u xejru l- bandiera Maltija quddiem dinja kollha.
Huma spiċċaw fit-23 post minn fost ħamsin koppja minn erbatax il-pajjiz differenti.
Għal Malta, f’dan il-qasam, dan huwa unur hekk kif komplew jiksbu suċċess madwar id-dinja grazzi għall-istruttur Chris Zammit minn Chris Dance Centre.
Il-kompettizjoni li jmiss ser issir f’pajjiżna fis-7 ta’ Marzu 2020 u fiha ser jikkompetu koppji minn madwar id-dinja kollha.
//= $special ?>