Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi saħqet li hija sodisfatta li l-proposti għal dan il-Baġit ntlaqgħu u ġew adottati mill-Gvern hekk kif ġew konfermati fid-diskors li ta l-Ministru Edward Scicluna.
L-MDA saħqet li nnotat bi pjaċir li l-iskemi ta’ inċentivi ta’ taxxa li ġew introdotti f’baġits preċedenti pew estiżi. Dawn jinkludu l-iskemi tal-first u second time buyers; l-inċentivi għal dawk li jixtru proprjetà f’Għawdex jew fil-qalbha tal-irħula kif ukoll inċentivi għal ġenituri li jgħaddu l-business tagħhom lil uliedhom.
L-Assoċjazzjoni spjegat li miżuri oħra li applika dan il-Gvern b’risposta għall-MDA jinkludu inċentivi fejn għandha x’taqsam it-taxxa għall-kuntratturi li jinvesti f’makkinarju u żieda ta’ €25,000 għall-prezz ta’ €175,000 għal valur tal-proprjetà li tinxtara mill-first time buyers.
L-MDA saħqet li hija sodisfatta wkoll bl-aħbar li s-sisa naqset minn 35% għal 15% fejn għandhom x’jaqsmu kuntratti f’ċessjoni ta’ proprjetà.
Għaldaqstant l-MDA kkonkludiet li hija konvinta li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri min-naħa tal-Gvern ser tkun qed tibbenefika lill-membri tagħha.
//= $special ?>