Budget 2020 Lokali

L-MHRA terġa’ titlob lill-Gvern għal viżjoni li tħares lejn l-2025

L-MHRA, il-union li tirrappreżenta lil-lukandi u lir-ristoranti, mill-ġdid kellha tappella lill-Gvern biex jippubblika pjan fit-tul jew aħjar dik li sejħitilha bħala viżjoni 2025.

“L-MHRA tqis li hu imperattiv li l-Gvern iniedi l-viżjoni tiegħu għall-2025,” tistqarr il-union li tenfasizza fuq il-bżonn li nħarsu s-sostenibbiltà.

Issemmi kif pajjiżna għandu sfidi b’limitazzjoni ta’ riżorsi umani. “L-MHRA ilha għal żmien twil titlob lill-Gvern biex joħroġ b’miżuri effettivi dwar l-akkomodazzjoni privata biex il-lukandi jkollhom level playing field.

Fost oħrajn l-MHRA tinnota wkoll li diversi proposti relatati mal-ambjent se jġibu sfida għall-membri tagħha għax iridu jbiddlu l-mod kif joperaw, għalkemm fl-istess waqt tgħid li huma proposti fid-direzzjoni ġusta.

Fl-istess waqt madankollu, l-MHRA stqarret li l-Budget 2020 kien ukoll budget li jikkonsolida u jkompli jibni fuq is-suċċess tal-ekonomija fl-aħħar snin.