Budget 2020 Ekonomija Lokali

LIVE: Id-diskors tal-Budget 2020

Ritratt: Matthew Tabone

Fis-6.30pm, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna mistenni jippreżenta l-Budget għas-sena ddieħla – dak li l-Gvern qed jippjana għall-2020 u possibbilment għas-snin li jsegwu.

NET News se jkun qed iżomm lill-qarrejja ta’ dan is-sit aġġornati b’dak kollu li se jkun żvelat fil-budget u kif se jkun qed jolqot lill-poplu Malti u Għawdxi.

8.10pm – L-anzjani u ż-żgħażagħ se jkomplu jistgħu jużaw it-“Tal-Linja Card” b’xejn.

8.08pm – Il-Ministru tal-Finanzi jelenka li se jibda x-xoghħol fuq tliet ferry landing sites oħra mal-kosta Maltija. Dan apparti li se jsiru konnessjonijiet bil-baħar f’żoni bħall-Kottonera, Marsaxlokk, Marsaskala, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u l-Mellieħa.

8.07pm – Il-Gvern, permezz ta’ Infrastructure Malta, ikompli għaddej bil-pjan tiegħu li jwessa’ kemm jista’ jkun toroq, fosthom fl-Imsida, is-Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u s-Central Link Project. Dan apparti l-proġetti għaddejjin bħalissa fil-Marsa u Santa Luċija.

8.03pm – Il-Ministru tal-Finanzi jerpa’ jsemmi l-gas pipeline bejn Malta u Sqallija u kif dan se jissupplixxi l-gas lill-Power Station f’Delimara flok it-tanker tal-gas.

7.59pm – Il-Gvern jgħid li se jestendi l-bajjiet tar-Rinella u l-Għadira tul is-sena li ġejja.

7.55pm – Il-Ministru Edward Scicluna jammetti li fl-indafa fil-pajjiż baqa’ ħafna xi jsir.

7.54pm – Jerġa’ jissemma l-proġett imħabbar ta’ programm ta’ afforestazzjoni f’Ta’ Qali.

7.53pm – Il-Ministru tal-Finanzi jerġa’ jwiegħed li se jsaqqaf parti minn Triq Reġjonali f’Santa Venera.

7.50pm – Il-Gvern se jwaqqaf l-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ boroż tal-plastik, cutlery, straws u platti tal-plastic single use mill-2021. Il-ħwienet se jkunu pprojbiti li jbiegħu dawn il-prodotti mill-2022.

7.47pm – Se tiddaħħal l-iskema ta’ riċiklar tal-fliexken tax-xorb hekk kif se jiġu nstallati numru ta’ magni bi prova sal-aħħar tas-sena.

7.42pm – Il-Gvern għaddej bil-pjanijiet biex iwaqqaf il-bejgħ ta’ karozzi bil-petrol u d-diesel hekk kif dalwaqt se titħabbar id-data finali li l-aħħar jistgħu jiġu impurtati dawn il-karozzi.

7.40pm – Il-Gvern għadu qed jissukta bit-tħejjijiet biex jibni impjant ta’ Waste to Energy, biex jiflaħ għall-iskart li jipproduċi pajjiżna.

Ritratt: Matthew Tabone

7.35pm – Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li għadha qed jinbena r-reġistru

7.28pm – Il-Ministru Edward Scicluna jerġa’ jwiegħed units ġodda ta’ housing soċjali.

7.23pm – Il-Gvern se jsellef massimu ta’ €17,500 tal-ammont tad-depożitu fuq ix-xiri ta’ dar ġdida lil żgħażagħ taħt l-40 sena u jingħata lura bin-nifs fuq 15-il sena.

7.20pm – First time buyers eżentati mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €175,000.

7.14pm – Il-pensjoni tad-diżabilità se tkun ta’ €161.40.

7.10pm – L-anzjani ta’ 75 sena u aktar li jgħixu fi djarhom jew mal-qraba se jingħataw għotja ta’ €300 filwaqt li dawk ta’ 80 sena u aktar tkun ta’ €350. Dawn l-għotjiet mmirati biex jinkoraġixxu l-anzjani jgħixu fi djarhom se jingħataw ukoll lil dawk l-anzjani li jħallsu biex jgħixu fi djar residenzjali għall-anzjani.


Ritratt: Matthew Tabone

7.00pm – Id-dħul mill-pensjonijiet se jiġi ntaxxat miċ-ċifra ta’ €13,798 filwaqt li dawk għall-kopji b’pensjoni waħda minn €15,798.

6.58pm – Il-pensjonanti tas-sigurtà soċjali se jingħataw żieda ta’ €3.51 fil-ġimgħa.

6.55pm – It-taxxa fuq l-ewwel mitt siegħa sahra fuq paga bażika li ma teċċedix l-€20,000 u mhux f’pożizzjoni maniġerjali se tkun ta’ 15%.

6.54pm – Il-Gvern se jerġa’ jibgħat iċ-cheque ta’ rifużjoni tat-taxxa.

Ritratt: Matthew Tabone

6.52pm – Il-Ministru tal-Finanzi jammetti li ż-żidiet f’numru ta’ prodotti ma rrriflettewx l-impatt kollu tal-indiċi tal-prezzijiet. Għalhekk se jagħti €15 żieda lill-familji b’persuna waħda u €35 għall-familji b’aktar minn persuna waħda.

6.50pm – Iż-żieda fl-għoli tal-ħajja fl-2020 se tkun ta’ €3.49 fil-ġimgħa.

6.47pm – Il-Ministru tal-Finanzi jbassar li t-tkabbir fl-importazzjoni tkun 0.4% akbar mit-tkabbir fl-esportazzjoni.

6.45pm – Edward Scicluna jgħid li l-importazzjoni żdiedet aktar miż-żieda tal-esportazzjoni, biż-żieda fl-importazzjoni tkun 0.7% aktar miż-żieda fl-esportazzjoni. Saħaq li l-pagi u s-salarji żdiedu ukoll.

6.43pm – Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li l-baġit se jniżżel il-piżijiet fuq il-familja u jgħid li mhux se jżid taxxi.

6.38pm – Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, jibda jaqra d-diskors tal-budget 2020.


Ritratt: Matthew Tabone

5.40pm – Il-Ministru Edward Scicluna jasal fil-binja tal-Parlament biex għall-ħabta tas-6.30pm jibda jaqra l-budget għall-2020. Dan wara li l-Ministru tal-Finanzi żar lill-President ta’ Malta, George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton biex jiffirma d-dokumenti tal-budget.