Budget 2020 Edukazzjoni Lokali

Nesa l-kontejners u reġa’ semma’ l-iskola tal-Qawra

Waqt id-diskors tal-Budget, il-Ministru Edward Scicluna, bħal ma għamel f’budget wara l-ieħor, qal li l-Edukazzjoni hi prijorità għall-Gvern – izda imkien ma semma l-famuzi kontejners.

Li ghamel kien biss illi wiegħed it-tlestija tal-iskola fil-Qawra, suppost, is-sena d-dieħla, wegħda li l-Gvern ilu jagħmel sena wara sena.. iżda l-iskola tibqa’ sal-lum ġebel u saqaf. Dan fost ħafna aktar skejjel madwar Malta u Għawdex li s-sitwazzjoni fl-infrastruttura tagħhom fl-aħħar snin marret għall-agħar.

Il-Ministru semma’ li ser jsir investiment fl-infrastruttura tal-Università ta’ Malta u fl-MCAST.

Il-Gvern irrikonoxxa l-fatt li l-lingwa Maltija tinsab f’riskju, mhux biss minhabba n-nuqqas ta’ għalliema f’dan is-suġġett. Pero minnflokk investiment fl-għalliema, il-Gvern se jkun qed jibda proċess biex tinħoloq spellchecker online.

Minkejja li l-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fl-aħħar jiem qal li l-Gvern għaddej b’taħditiet mal-Union tal-Għalliema biex jiżdiedu l-istipendji għal żgħażagħ li jridu jsiru għalliema ta’ suġġetti li l-pajjiż se jkollu sfida biex isib għalliema għalihom… fl-ebda ħin fid-diskors tal-budget, ma ssemmiet din l-iskema.

Issemma’ pero li l-Gvern ser ikun qed iħallas 850EUR lill-istudenti li jagħżlu li jistudjaw lingwa barranija barra minn xtutna.

L-iskema tat-trasport b’xejn għall-iskejjel ġiet estiża għas-sena d-dieħla.

Ser jitwettaq proġett pilota biex jara l-possibiltà li l-iskema tat-tablets timxi għall-iskejjel medji.

Fejn jidhol l-isport, il-Gvern…ghal Budget iehor…rega’ wieghed li se jaghmel it-trakka tal-karozzi – wieghda li qed turta mhux ftit lid-dilettanti, li jhossuhom qed jigu mghoddija biz-zmien meta din l-idea kull sena qed tibqa fuq il-karta.