L-avvenimenti mużikali li bħalissa qed jittellgħu f’Għawdex bħala parti mit-tieni edizzjoni tal-festival MUSIC+ se jkunu qed jimmiraw ukoll għat-tfal ukoll.
Dan hekk kif il-Fondazzjoni Classique se ttella’ opra mit-tfal għat-tfal bl-isem BO-PEEP, opra komposta fl-1968 mill-mibki kompożitur Għawdxi, il-Profs Joseph Vella.
L-opra, li hija addattata għal tfal minn 9 snin ‘il fuq, se tittella’ nhar il-Ħamis 31 t’Ottubru fit-Teatru Giovanni fix-Xewkija, bir-rappreżentazzjoni tal-10am tkun għat-tfal mill-Kulleġġ ta’ Għawdex u l-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex, filwaqt li dik tas-7.30pm tkun miftuħa għall-pubbliku.
Il-produzzjoni operistika se tinkludi erba’ solisti żgħażagħ, id-Dipartiment taż-Żfin tal-VPA, b’korjografija ta’ Christabel Bajada, flimkien mal-SCJ Children’s Choir, immexxija minn Marouska Attard.
Id-direzzjoni artistika hija fdata f’idejn Gordon John Grech filwaqt li Joseph Debrincat se jmexxi l-Ensemble Classique (magħmul minn mużiċisti lokali u internazzjonali). Din l-opra, b’xenografija ta’ Denis Mompalao, se tkun antiċipata b’taħdita fuq l-opra ta’ madwar 30 minuta mill-atturi Marion Scarborough u George Camilleri.
Għal aktar dettalji tistgħu tikkuntatjaw: musicplusgozo@gmail.com.
//= $special ?>