Il-Partit għal-Liġi u l-Ġustizzja (PiS) fil-Gvern iddikjara r-rebħa fl-elezzjoni ġenerali tal-Ħadd u mistenni jżid il-maġġoranza fil-kamra t’isfel tal-Parlament.
Minkejja li għad jonqos għar-riżultat finali, il-partit immexxi minn Jaroslaw Kaczynski mistenni jikseb aktar minn 40 fil-mija tal-vot waqt li l-partit rivali, il-Koalizzjoni Ċivika taċ-ċentru, għandu madwar kwart tal-appoġġ popolari.
Il-PiS jinsab għaddej bil-battibekki mal-Unjoni Ewropea dwar ir-riformi għall-ġudikatura tal-Polonja. Intant, Jaroslaw Kaczynski, fl-ewwel kummenti lill-partitarji tiegħu wara l-vot, sostna li ‘ir-rebħa kienet tagħhom’ u li ‘il-Polonja għandha tinbidel aktar tul erba’ snin oħra ta’ ħidma diffiċli’,
Skont l-aħħar indikazzjonijiet, il-Partit PiS jista’ jirbaħ l-ogħla perċentwali ta’ voti mindu l-Polonja rritornat mill-ġdid għad-demokrazija fl-1989. Dan ifisser ukoll li l-partit fil-Gvern se jkompli jmexxi mandat ‘aktar konkret’ biex jiżviluppa l-programm soċjali u konservattiv tiegħu.
//= $special ?>