Internazzjonali

Rabja kbira minħabba “bicycle lanes” li huma ta’ periklu

Il-komun qal li kif saru l-bicycle lanes, se jkunu ta' periklu kbir

Bicycle Lanes f’Limassol fl-Ċipru li preżentament qed jitilgħu u jinżlu l-bankina ġabu rabja kbira fil-komun.

Infatti s-Sindku ta’ Limassol, Nicos Nicolaides, jidher li qed jinvestiga dan il-proġett li sar minn kontratur privat.

Il-komun ta’ Limassol infatti qal li saru żbalji serji fil-kostruzzjoni ta’ dan il-bicycle lanes fit-toroq tal-lokal u ma sarux kif kellhom isiru.

Is-Sindku kompla billi qal li sakemm isiru kif suppost dan il-lanes, mhux se joħroġ permess biex jintużaw mir-roti hekk kif sostnew li kif saru huma ta’ periklu għas-sewwieqa tar-roti.