Budget 2020 Lokali

“Stennejna iktar investiment b’risq il-kompetittività” – Il-Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ iddikjarat li kienet qed tistenna iktar investiment fir-riżorsi u biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet li qed itellfu l-kompetittivita ta’ pajjiżna.

Dan hekk kif innutat li riċentament pajjiżna tilef żewġ postijiet fl-indiċi tal-World Economic Forum f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompetittivita.

Il-Kamra tal-Kummerċ fost oħrajn innutat kif pajjiżna fl-aħħar snin wera’ nuqqasijiet fis-saħħa tal-istituzzjonijiet lokali, il-ħiliet, l-istruttura tas-suq lokali u s-sistemi finanzjarji. Dawn huma punti li l-Kamra tal-Kummerċ ilha tinnota u titlob għal miżuri dwarhom.

Tiddikjara li ż-żieda ta’ ġurnata leave se żżid iktar spejjeż fuq il-kumpaniji Maltin.

Fl-istess waqt tinnota u tilqa’ numru ta’ miżuri fosthom it-tnaqqis u eventwalment l-eliminazzjoni ta’ single use plastics, inċentivi għall-innovazzjoni u setturi tradizzjonali, il-pensjonijiet u t-trasport, is-suq tal-proprjeta u l-kera.

Dwar numru minn dawn l-inċentivi u miżuri, il-Kamra tal-Kummerċ tiddikjara li tixtieq iktar konsultazzjoni biex tara l-impatt u l-implikazzjonijiet tagħhom.