Sport Sport Ieħor

Stormbringer G.R. u Visconti jirbħu s-semifinali tat-Tazza tal-President

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Kenneth Vella

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu magħrufa t-tnax-il żiemel finalisti tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier. Dan wara li saru ż-żewġ semifinali ta’ dan il-kampjonat fuq distanza qasira ta’ 2140m u li għamlu parti mis-47 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Dawn it-tiġrijiet intrebħu mill-kwotat Norveġiż Stormbringer G.R. u l-Franċiż Visconti.

Fl-ewwel semifinali tal-aqwa klassi, Axel Tilly (Charles Camilleri), li kien għal ħafna metri fl-ewwel pożizzjoni, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż mill-favorit u rebbieħ Stormbringer G.R. (Rodney Gatt) li ħa t-tielet rebħa nfila u s-seba’ waħda fi gżiritna. Mind Your Face (Clint Vassallo), Until Oaks (Owen Borg), Vakato (Chris Grech) u Ultra De Vindecy (Michael Ellul) daħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Visconti (Jesmar Gafà) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza tat-tieni semifinali. Dan irnexxielu jieħu t-tielet rebħa f’pajjiżna wara li fl-aħħar metri xejjen l-attakk ta’ Vichenko Chef (Noel Baldacchino). Ulysse Du Bouchet (Paul Galea), Alain d’Occagnes (Ludvic Ghigo), Un Amour Du Pont (Michael Ellul) u Global Oracle (Clifferty Calleja) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għall-aħħar fażi.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija internazzjonali bejn sewwieqa Maltin u oħrajn dilettanti Żvediżi mill-korsa ta’ Sundbyholm ukoll fuq distanza qasira. Dawn saqu żwiemel mill-klassi Gold. Din it-tiġrija żviluppat fi dwell eċċitanti fid-dritta finali bejn Tom Des Rivieres (Clifferty Calleja) li attakka matul l-aħħar 500m u Un Beau Luxor (Paul Galea) li kien għal ħafna ħin quddiem. Kien tal-ewwel li ħa t-tieni rebħa staġjonali b’Ivan Pavlov A.T. (George Muscat) u Hallas Judex (Richard L. Jansson) jidħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Saret ukoll tiġrija tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal fuq distanza qasira ta’ 250 metru. Din intrebħet minn Magic Girl ta’ Kaiden Debono bi ftit minn Mysterious Girl ta’ Sheldon Gauci.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Roc Magister (K. Axisa) – Celebre Sublignais (J. Gafà) Ħin – NTR 3. Demeter Tege (C. Vassallo) 4. Eliot De Corday (K. Saliba)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cyrano Star (R. Gatt) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Dreamed Victory (J. Zahra) 3. Livi Import (C. Camilleri) 4. Imakeittheeasyway (M. Debono)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Best Of Morchies (D. Gatt) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Runway (R. Gatt) 3. New Moon Pellini (Ch. Magro) 4. Artiste d’Alice (E. Attard)

IV Tiġrija Tigrija internazzjonali Malta-Sundbyholm. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Tom Des Rivieres (C. Calleja) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Un Beau Luxor (P. Galea) 3. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) 4. Hallas Judex (R.L. Jansson)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Douglas (B. Hili) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Ellipsis Am (K. Axisa) 3. Top Di Girifalco (R. Gatt) 4. Valseur Jarzeen (M. Fenech)

VI Tiġrija Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Stormbringer G.R. (R. Gatt) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Axel Tilly (C. Camilleri) 3. Mind Your Face (C. Vassallo) 4. Until Oaks (O. Borg) 5. Vakato (Ch. Grech) 6. Ultra De Vindecy (M. Ellul)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vito Des Landiers (C. Camilleri) Ħin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Foxy Brown (R. Gatt) 3. Boxeur d’Or (I. Bilocca) 4. Alpha De Bassiere (J. Gafà)

VIII Tiġrija Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Visconti (J. Gafà) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Vichenko Chef (N. Baldacchino) 3. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) 4. Alain d’Occagnes (L. Ghigo) 5. Un Amour Du Pont (M. Ellul) 6. Global Oracle (C. Calleja)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lovely Boy (P. Galea) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Cobby’s Celeb (J. Gafà) 3. Castle Rose (Jos. Cefai) 4. Bahia De Bougy (M. Ellul)