Lokali

Tibżgħux… il-Halloween fin-Nadur reġa wasal!

Il-Halloween tan-Nadur reġa wasal.

Għaldarboħra, il-lokalità tan-Nadur se tkun qed tiċċelebra l-lejl ta’ Halloween bil-kbir.

Is-sitt edizzjoni ta’ Halloween fin-Nadur se jkun akbar u aħjar minn edizzjonijiet ta’ qabel, u l-attività se tkun qed issir b’risq Puttinu Cares.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se jkollha t-tema “Tibżax…. huwa Halloween fin-Nadur”.

L-attività se ssir fiċ-ċentru tan-Nadur, u se tkun maqsuma f’żewġ partijiet. L-attività għat tfal se tkun bejn is-6.00pm u t-8.30pm, u se tkun tinkludi spettaklu bin-nar, żfin ta’ Halloween, tqsassim ta’ ħelu mis-Saħħara, tnaqqix tal-qargħa aħmar, torti tal-qargħa aħmar, logħob u ħafna aktar.

Wara l-attività għaċ-ċkejknin, ikun hemm Kunċert Rock li jibqa’ għaddej sa nofsillejl u li se jkun jinkludi 4 bands – Upper Lip, Strait Ahead, Divine Sinners u The Lost Tourists.

Din is-sena wkoll, min inaqqax l-akbar qargħa ħamra se jingħata rigal, u l-aktar dar imżejna tajjeb għal Halloween tidħol fil-Malta Records.

Titilfux din l-attività… tinsewx il-kostum… u tibżgħux!