Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 74 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel li joqgħod Ħal Qormi safa milqut minn vettura ta’ tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 26 sena minn Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.