Fil-Budget li ħabbar il-Gvern għas-sena 2020 il-ħaddiema ingħataw waħda mill-inqas żidiet li kellna fl-aħħar 8 snin; bil-Budgets ta’ Gvern Laburista dejjem jagħtu żieda għall-gholi tal-ħajja li tkun inqas minn 4 ewro.
Iżda kif se taffetwa din iż-żieda fil-bwiet tan-nies? Se tagħmel differenza?
Meta wieħed jikkunsidra, per eżempju, kemm żdied il-prezz tal-ħalib, nofs iż-żieda li ta l-Gvern tkun diġa’ taret. U jekk tħares lejn kemm għoliet xirja ta’ 150 ewro għal familja ta’ 4…iż-żieda tal-għoli tal-ħajja tisparixxi f’ħakka t’għajn. Dan mingħajr ma nsemmu ż-żidiet fl-ispejjes marbuta mal-petrol u d-diesel, il-prezz tal-ħobz, l-ispejjes ta’ mediċini dejjem jgħolew, u l-prezz tal-posta.
Intant, fl-aħħar sigħat komplew ukoll joħorgu aktar reazzjonijiet anke mill-edituri tal-ġurnali, bit-Times fil-kummentarju tagħha issemmi kif il-Ministru tal-Finanzi ma ndirizzax il-problemi ambjentali li qed niffaċjaw ta’ kuljum.
Jonqos ukoll b’mod qawwi milli jindirizza l-problema tar-reputazzjoni, u l-pjaga tal-ħasil tal-flus.
L-editur tat-Times jiddeskrivi dan il-Budget bħala xi ħaga li diġa’ rajna, mimli retorika, u li qed joħloq vittmi daqs kemm qed joħloq suċċessi.
//= $special ?>