Lokali

Ġenituri ta’ tfal b’kundizzjonijiet differenti jilmentaw li ġew injorati mill-budget

Ġenituri ta’ tfal li jsofru minn kundizzjonijiet partikolari, fosthom l-awtiżmu, esprimew id-diżappunt tagħhom li ġew injorati fil-budget għas-sena d-dieħla.

Fost dawn, il-ġenituri ta’ tifel bl-awtiżmu bl-isem ta’ Diego, u li l-ġenituri tiegħu kienu bdew paġna fuq Facebook bl-isem ta’ I am Diego biex jaqsmu man-nies l- esperjenzi li ghaddejin minnhom.  

Fuq il-midja soċjali, waqt li esprimew diżappunt u qalu li hu ħasra li tfal b’diżabbiltà ntesew, spjegaw kif sessjoni ta’ terapija tiswa’ madwar €30, b’xi każi fejn it-tfal ikollhom bżonn iktar minn waħda f’ġimgħa.

Apparti minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li ħafna mill-ġenituri jkollhom jagħżlu min minnhom jaħdem, biex il-ġenitur l-ieħor jakkumpanja lit-tifel jew tifla għall-kura.

Jekk le, uħud jispiċċaw jieħdu l-unpaid leave għax dan ma jservihomx minħabba li f’każi bħal dawn, family friendly measures huma nieqsa.

Għal dan kollu il-Gvern joffri €25, li lanqas biss ikopru sessjoni waħda ta’ terapija, bil-budget għas-sena d-dieħla li ma jagħmel l-ebda referenza għal dan… aħseb u ara kemm joffri xi żieda. Uħud mill-ġenituri semmew ċifri li jilħqu anke l-€200 fil-ġimgħa fi spejjeż.

Gie injorat ukoll il-bżonn ta’ investiment dejjem ikbar fl-intervent kmieni biex dawn il-kundizzjonijiet jiġu indirizzati minn eta’ żgħira. Dan minkejja li l-ġenituri, kemm ta’ Diego kif ukoll ohrajn, ilhom xhur għaddejjin b’kampanja biex jiddaħħlu servizzi jew inċentivi ġodda.Hemm ukoll sfidi oħra bħat-terapija għal impedimenti relatati mad-diskors li hi offruta mill-Gvern biss darba fix-xahar. Fil-fatt, genituri stqarrew li f’xi kazi, jkollhom jaghmlu żewġ xogħlijiet biex ikunu jistghu ihallsu kważi seba’ sigħat terapija fil-ġimgħa