L-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali għat-tfal u l-adoloxxenti (ACAMH), Pembroke Athleta u Mental Health Malta se jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Ġirja għall-benesseri mentali (Run for Mental Wellbeing). Dan se jagħmluh b’sapport ukoll tal-Eurosport u l-We Are Water.
L-attività se tittella’ fit-2 ta’ Novembru fis-14.30 u se tibda mill-isptar Monte Carmeli.
Permezz ta’ stqarrija l-assoċjazzjonijiet konċernati qalu li l-għan ta’ din il-ġirja huwa li jiżdied il-ħarsien għas-saħħa mentali fit-tfal u ż-żgħażagħ, u li wkoll tinqered l-istigma fil-konfront tan-nies li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali. Fl-istess waqt ukoll jinġabru fondi biex tiżdied l-edukazzjoni f’dan il-qasam.
L-attività se tkun qed tinkludi ġirjiet ta’ 5km u 10km, u kif ukoll min jixtieq jista’ jimxi 5km. Se jkun hemm ukoll ġirja tat-tfal li se tibda mill-isptar Monte Carmeli fil-15.30.
Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu japplikaw billi jidħlu fis-sit ta’ Pembroke Athleta. Hemm ukoll tistgħu ssibu l-aħħar aġġornament dwar din l-attività.
//= $special ?>