Lokali Parlament

Gvern bla proposti fl-edukazzjoni u għall-għalliema

  • Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna li l-budget li għadda kien konferma kemm dan hu gvern bla pjan u proposti fl-edukazzjoni u għall-għalliema.

Fil-parlament Clyde Puli fakkar li l-liġijiet dwar l-edukazzjoni li qed iressaq il-gvern issa kellhom ikunu irtirati minħabba li l-gvern kien ressaqhom bla konsultazzjoni. Hu sostna li l-liġi qed tikellem dwar l-att biex jirregola l-professjonijiet fl-edukazzjoni li huma l-għodod tal-pajjiż biex jeduka.

L-għalliema huma kkunsidrati bħala sinsla tan-nazzjon għaliex huma jitrasmettu l-valuri u l-idenità tan-nazzjon. Din il-liġi qed issir propju fl-isfond tan-nuqqas ta’ għalliema li hawn fil-pajjiż. L-isfida ma tidhirx ikbar milli hi għaliex il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jara li jqassam iktar tfal f’inqas klassijiet.

Dan hu mod kif il-problema tkun solvuta temporanjament. Il-policies tal-gvern li ma jitkellmux bejniethom ukoll qed jgħinu għall-problema tan-nuqqs ta’ għalliema. Dan qed iwassal għal nuqqas ta’ ippjanar.

Il-gvern għandu jikkonsulta mal-għalliema u miegħu nnifsu, sostna Clyde Puli, li kompla li hemm fatturi oħra li qed jinfluenzaw fosthom fil-att li l-għalliema jossu li m’humiex stmati biżżejjed bħall-istatus soċjali u r-rikonoxximent. Is-sistema hi ċċentralizzata wisq fejn saħansitra ċ-ċentral iddetta lill-għalliem anki fejn l-għalliem jagħmel il-photo-copies tiegħu.

Clyde Puli qal li numru ta’ għalliema kienu wkoll aggrediti. Hu tajjeb li jiżdiedu l-pieni biex dawn l-affarijiet ma jsirux. Hemm element qawwi ta’ dimotivazzjoni qawwi fost l-għalliema fejn l-MUT ilha titkellem dwar il-bżonn ta’ iktar sigurtà fl-iskejjel iżda l-gvern għadu jkaxkar saqajh dwar dan. Hemm ukoll talba għal iktar support services.

Il-maġġoranza tal-iskejjel m’għandhomx il-health and safety tagħhom bl-għalliema jispiċċaw jieħdu responsabbiltà huma. Hemm ħafna għalliema li lesti jitilqu jekk isibu post aħjar. L-2018 kienet l-aktar sena li fiha telqu għalliema mill-professjoni tagħhom.

Dwar il-pagi tal-għalliema, Clyde Puli qal li l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet li l-pagi tal-għalliema Maltin huma inqas mill-medja Ewropea bi €3,000 inqas. Hu qal li l-paragun m’għandux isir ma’ pajjiżi ex kommunisti iżda ma’ pajjiżi Ewropej oħra.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-budget il-gvern tilef opportunità oħra fejn l-MUT qalet li dan kien budget xott għall-edukazzjoni. Il-gvern ma aċċettax il-proposti tal-MUT u kien xott wisq fil-qasam tal-edukazzjoni fejn baqgħu jissemmew proposti li ilhom jissemmew; fosthom id-diversi skejjel li suppost ilhom lest inkluż dik tal-Qawra u tal-Imsida.

L-MUT tħoss li l-gvern mhux qed jieħdu d-diffikultajiet fl-edukazzjoni bis-serjetà bil-konswgenza li l-problemi se jkomplu jiżdiedu. Il-UPE ukoll qalet lill-gvern li waħda mill-ikbar sfidi hi n-nuqqas ta’ edukaturi u li kien ikun iktar għaqli kieku l-gvern għamel iktar biex jindirizza l-problema. Il-piżijiet li jħossu l-għalliema għadhom hemm. Għall-għalliema ġodda ma kien hemm xejn fil-budget. Il-gvern falla wkoll li jlesti l-laboratorji li kien wiegħed fl-iskejjel.