Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet talba tal-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi biex tirrevoka deċiżjoni f’digriet li kien ngħata, u li jgħid li huma għandhom jixhdu fuq dettalji li huma stess ħarġu dwar ir-rapport tal-inkjesta Egrant.
Minflok il-Qorti ordnat li huma jippreżentaw biss dik il-parti tar-risposta tagħhom li ntużat f’Ġunju li għadda. Il-Qorti qalet li din id-deċiżjoni ngħata bl-għan li tiġi issalvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-inkjesta Egrant.
Din it-talba kienet saret wara li fid-dawl ta’ meta huma kienu kkwotaw mill-istess rapport f’kawża dwar il-Vitals Global Healtcare. F’sentenza qasira mogħtija tard wara nofs inhar mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri ngħad li t-talba li saret biex huma ma jixhdux kellha l-intenzjoni biex tissalvagwardja il-kunfidenzjalità tal-atti tal-inkjesta u li tipproteġi l-interessi ta’ dawk il-persuni li għalissa huma biss “suspettati” fl-inkjesta.
Id-deċiżjoni tgħid ukoll li l-Ministri ma jistgħux jiġu sfurzati biex jixhdu meta t-tweġibiet tagħhom jistgħu jfissru li jispiċċaw bi proċeduri kriminali, u għaldaqtant għandhom dritt li ma jixhdux biex ma jinkriminawx lilhom nfushom.
L-Imħallfin qalu li xogħol il-Qorti f’dan il-każ kien li tistabbilixxi jekk il-Ministri kkwotawx mill-inkjesta Egrant. Madanakollu huma qalu li ma ppreżentawx ir-risposti sħaħ tagħhom iżda l-partijiet imsemmija u li dak l-estratt, waħdu u barra mill-kuntest tar-risposti fil-każ separat tal-VGH ma jistax jintuża biex jippreġudika l-każ.
Il-Qorti għalhekk irrevokat deċiżjoni li kienet mogħtija f’Awwissu li għadda li kienet ordnat lill-Ministri biex jixhdu. Fil-kawża tal-Appell li qed jagħmel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saret talba mill-Avukat Vince Galea għan-nom ta’ Adrian Delia biex it-tliet Ministri tal-Gvern, Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna biex jew jgħidu li għandhom kopja, nkella minn fejn ġabu l-informazzjoni tar-rapport Egrant.
Dan fid-dawl ta’ meta huma kienu kkwotaw mill-istess rapport f’kawża dwar il-Vitals Global Healtcare. Il-kawża li tħalliet għat-18 ta’ Novembru fl-10.00am. issa tkompli mingħajr ix-xhieda tal-Ministri.
//= $special ?>