Opra li toffri minn kollox; kollox f’erba’ atti imfawwra b’mużika appassjonanti. Hija l-opra li se tittella fit-Teatru Astra f’Għawdex – Il Trovatore…bħas-soltu żewġ rappreżntazzjonijiet fuq jumejn, hekk kif dawn il-jiem huma sinonimi mal-istaġun operistiku fil-gżira Għawdxija.
Il-kantanti għal din il-produzzjoni jinkludu wieħed mill-iktar tenuri Verdjani brillanti ta’ żmienna: Valerij Georgiev, li se jkun qed jiehu sehem fil-parti principali ta’ Manrico, jew ahjar, ‘Il Trovatore’.
Is-sopran Joanna Parisi, li gabret ghadd gmielu ta’ tifhir madwar id-dinja ghar-rwoli taghha fl-opri ta’ Verdi, se tkun qed tinterpreta l-parti ta’ Leonora.
Carlo Colombara se jkun qed jirritorna fit-Teatru Astra fil-parti ta’ Ferrando.
Is-surmast direttur tat-Teatru Astra John Galea, li nhatar ftit tax-xhur ilu, se jkun qed jiehu l-bakketta sabiex jiddiriegi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, u l-kor tal-Opra tat-Teatru Astra; f’serata spettakolari.
Ir-rapprezentazzjoni doppja ta’ ‘Il Trovatore’, li se tiftah it-tmintax –il edizzjoni tal-Festival Mediterranea, hi skedata ghall-24 u s-26 t’Ottubru.
//= $special ?>