Lokali

Jissoktaw il-protesti mill-immigranti f’Ħal Safi

L-immigranti mill-ġdid wettqu protesti fiċ-Ċentru ta’ Dentenzjoni f’Ħal Safi, bil-messaġġ baqa’ li jridu l-ħelsien u d-dinjità u kif saru talbiet dwar is-saħħa tagħhom.

Skont sorsi minn fuq il-post l-immigranti xxabtu u waddbu xi oġġetti biex jagħmlu ħoss mal-ilqugħ tal-ħadid. Mal-25 persuna telgħu max-xibka jgħajtu wkoll il-kelma ‘freedom’.

Fuq il-post marru minnufih numru ta’ uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali tad-detenzjoni li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni.