- Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li l-Prim Ministru Joseph Muscat hu korrott għax qabel l-elezzjoni tal-2013 kien qal li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni hu korrott. Jason Azzopardi kompla li Muscat jipproteġi lill-korrotti u jindaħal lill-pulizija biex ma jieħdux passi kontra l-korrotti.
Jason Azzopardi qal li l-impunità għandha prezz meta l-liġi ma tkunx l-istess għal kulħadd. Hu fakkar li lejliet l-anniversarju ta’ Daphne Caruana Galizia, f’dawn is-siegħat sentejn ilu kien hemm tliet persuni fil-Bidnija josservaw il-movimenti tal-karozza tagħha biex matul il-lejl ipoġġu bomba fil-karozza biex l-għada tinqatel.
Dawn kienu ordnati u mħallsa biex joqtlu. Hu ta l-kondoljanzi lill-familji u lill-pajjiż, inkluż li kien jobgħod lil Daphne għax meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, is-soċjetà Maltija tilfet l-aqwa tingiża ta’ kuxjenza li kellha. Għal ħafna Daphne kienet irritazzjoni, skont kif qal Louis Galea, li sostna wkoll li Daphne kienet ta’ benefiċċju effettiv mill-akbar għal kulħadd.
Jason Azzopardi kompla li Daphne nqatlet iżda min ordni l-qtil ma basarx li se jinbtu diversi persuni biex jimlew dak il-vojt. Hu semma’ l-kiteb li kien pubblikat dwar Daphne bl-isem “min qatel lil Daphne Crauan Galizia?’ u appella biex il-poplu jaqra dan il-ktieb.
Fil-pajjiż hawn impunità u korruzzjoni li għandhom prezz. Minn mindu Daphne ħarġet l-aħbarijiet fuq il-korruzzjoni tal-Panama Papers u minn meta Joseph Muscat ipproteġiehom, inkitbu ħafna rapporti li kkundannaw lil-pajjiż minħabba l-impunità.
Jason Azzopardi semma’ l-budget u qal li dan ma jistax ikun mifrud mill-kontabbiltà politika li flimkien mal-aspett finanzjarju joffru stabbiltà għall-investituri. Hu għalhekk irresponsabbli li l-Prim Ministru jgħid lill-ġurnalisti li mhux se jwieġeb iktar mistoqsijiet fuq 17 Black.
Jason Azzopardi staqsa jekk il-Prim Ministru hux se jsaqsi lill-id il-leminija tiegħu x’kien qed jagħmel jixxaħħam b’€5,000 kuljum. Hu qal li ftit wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-Electrogas hu rċieva messaġġ li qarars fil-laħam il-ħaj.
Hu semma’ l-emails li kienu ingħataw lil Daphne Caruana Galizia dwar l-Electrogas li meta jkunu analizzati jista’ jirriżulta li min kien qed jibbenefika mill-korruzzjoni tal-kuntratt tal-Electrgas seta’ possibbilment kellu raġuni biex ikollu mottiv li tiġi maqtula Daphne għax din kienet l-akbar storja tagħha.
Jason Azzopardi qal li Daphne kienet irċeviet 60,000 email dwar l-Eectrogas u semma’ email mibgħuta lil persuna mill-Ażerbajġan fejn issemma’ l-pjan li bl-extra capacity tal-power station jagħmlu l-bitcoins. Hu qal li l-pulizija qed jinvestigaw lil min lil Daphne għaddielha dawk l-emails. Fit-28 ta’ April tal-2018 l-Electrogas kitbu lill-pulizija biex tinfetaħ inkjesta dwar allegat użu ħażin ta’ apparat biex jinkixfu dokumenti kundifenzjali. Din hi inkjesta Maġisterjali għax il-pulizija jieħdu l-passi kontra min min jikxef il-korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Daphne Caruana Galizia kellha raġun tikteb kif kienet tikteb. Hu qal li fuq il-karta il-pajjiż għandu l-Kummissarju tal-Pulizija u lil min imexxi t-Taqsima Kontra l-Krimini Ekonomiċi iżda min imexxi din it-Taqsima kien identifikat li jaħti għall-klima ta’ impunità biex ma jkunux investigati reati ta’ ħasil ta’ flus u ta’ korruzzjoni ta’ nies fi ħdan il-gvern.
Malta qed tirriskja l-black listing, sostna Jason Azzopardi, li kompla li din it-Taqsima ilha minn Jannar 2017 biex terssaq il-qorti ex-uffiċjal tal-PL li l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni qalet li li ammetta li talab tixħim ta’ €25,000 iżda għadu ma tressaqx. It-Taqsima tal-Krimini Ekonomċi ma tagħti ebda sinjal ta’ attività.
Hu semma’ l-istorja dwar il-bilanċ tal-kont tal-bank ta’ Keith Schembri sploda ‘l fuq f’temp ta’ ħames snin f’kumpanija sigrieta barra minn Malta iżda minħabba l-impunità ma ttiedħux passi. Jason Azzopardi qal li ħadd ma ħa r-responsabbiltà meta l-Awtorità tal-Ippjanar neħħiet banner tal-familja Caruana Galizia u kellha tkun il-qorti kostituzzjonali li ddikjarat li l-ordni beix titneħħa dik il-banenr kienu jiskru d-drittijiet ta’ dik il-familja.
Iżda l-MEPA ma tieħux passi kontra l-billboards tal-PL li qiegħdhom hemm bi ksur tal-liġi. L-aqwa li fuq il-karta Malta għandha l-awtoritajiet f’posthom, fosthom l-ERA li ma tagħmel xejn fuq il-ksur tal-lii fuq it-triq ta’ Santa Luċija. Fuq il-karta l-pajjiż għandu l-public procurement iżda d-direct orders tal-miljuni għaddejjin.
Jason Azzoprdi qal li dak li seħħ 40 sena ilu għadu jiġri u sostna li Joseph Muscat hu bħal-Prim Ministru Mintoff li daħħal klima ta’ impunità fejn il-korruzzjoni hi inċentività. Joseph Muscat hu korrott għax qabel l-elezzjoni tal-2013 kien qal li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni hu korrott, sostna Jason Azzopardi, li kompla Muscat jipproteġi lill-korrotti u jindaħal lill-pulizija biex ma jieħdux passi kontra l-korrotti.
Hu qal li l-Qorti kosituzjzoni ddikjarat li l-ministru huma suspettati li kisru l-liġi kriminali X’se jagħmel il-Prim Ministru? Fuq liema naħa se jkun Joseph Muscat; fuq in-naħa tal-korrott jew fuq in-naħa tas-sewwa?
//= $special ?>