Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba, Martin Balzan, b’reazzjoni għall-budget ippreżentat illejla saħaq li minkejja l-miri tal-Gvern dwar il-karozzi, mhu qed jara ebda soluzzjoni immedjata għall-problema tat-tniġġis fl-arja.
Balzan kien kawt fir-reazzjoni tiegħu dwar iż-żidiet mogħtija hekk kif wieħed għadu jrid jara jekk dawn humiex se jirriżultaw f’kwalità ta’ ħajja aħjar jew le, kemm jekk hijiex il-kera, il-prezz tal-propjetà jew il-ħtiġijiet ta’ kuljum.
Għalkemm laqa’ l-għoti ta’ mediċini ġodda għall-kanċer u xi mard ieħor, b’xejn, f’kumment ma’ NET News, is-Segretarju Ġenerali saħaq li mhuwiex ġust li għal ċerti mard jingħataw kollha b’xejn u f’ħafna oħrajn, il-pazjenti jridu joħorġu kollox minn buthom. Din l-inġustizzja għandha tiġi ttrattata sabiex kull marda tkun koperta mill-Gvern.
//= $special ?>