Familja residenti ġo razzett fil-provinċja Olandiża ta’ Drenthe insabet wara disa’ snin ta’ stennija ‘għall-aħħar tad-dinja’ — u wara li wieħed minnhom iddeċieda li jżur ħanut tax-xorb fil-viċin.
Il-pulizija żvelat li raġel ta’ 58 sena u familja bl-adulti żgħażagħ ta’ bejn 18 u 25 sena għamlu dan iż-żmien kollu jgħixu fil-kantina tar-razzett u li s-sitwazzjoni tagħhom saret magħrufa wara li l-akbar wieħed fost l-ulied mar fil-villaġġ ta’ Ruinerwold ( qrib ta’ Drenthe) fejn daħal ġo bar biex jordna birra.
Ir-rapporti qalu li kien dak il-ħin, li r-raġel — li deher ‘żmattat u konfuż’ — informa lin-nies preżenti li ‘kellu bżonn l-għajnuna’, biċ-ċirkustanzi inkredibbli tiegħu jsiru magħrufa ftit taż-żmien wara.
Ir-raġel ta’ 58 sena li nstab fir-razzett qed jinżamm taħt arrest u waqt li l-pulizija, għall-bidu, ħasbu li hu kien ‘il-missier tal-familja’ kien ikkonfermat, wara, li dan mhux il-każ. Dan ir-raġel lanqas mhu s-sid tar-razzett, bis-Sindku ta’ Drenthe jikkummenta li ‘qatt f’ħajtu ma qatt iltaqa’ ma’ każ bħal dan’.
Il-media Olandiża qablet li l-familja spiċċat is-snin ‘tgħix fi stat ta’ iżolament hi u tistenna tmiem id-dinja’ , b’rapporti mhumiex ikkonfermati jgħidu li ‘dan il-grupp tan-nies kien jinkludi anki l-missier ta’ wħud mit-tfal li nstabu fil-kantina’.
//= $special ?>