Lokali

Mistennija jiddaħħlu Malta kważi 80 immigrant

S'issa fl-2019 ġew Malta 'l fuq minn 2100 immigrant

Il-Forzi Armati ta’ Malta qalulna li bħalissa jinsabu għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà fil-baħar Mediterran.
L-immigranti mistennija jiddaħħlu Malta aktar tard mal-jum.

Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti, telqet mil-Libja fit-13 t’Ottubru u llum talbet għall-għajnuna.

L-NGO Alarm Phone fuq twitter appellat li biex dawn il-persuni jkunu salvati, fejn u permezz tal-istess tweet ipubblikat numru ta’ dettalji dwar fejn tinstab id-dgħajsa.

Preżentament l-AFM ħarġet qed twettaq operazzjoni ta’ salvataġġ bl-ajru u anki bil-baħar.