F’reazzjoni ma’ NET News, Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-GTA, qal li l-
Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu ressqet numru ta’ proposti lill-Gvern għat-titjib tal-prodott turistiku Għawdxi li ma ġewx inklużi fil-budget, b’oħrajn li ssemmew.
Joe Muscat saħaq li l-Gvern jeħtieġ jindirizza bis-serjetà l-problema tal-istaġjonalità, bi proposti bħat-tnaqqis tar-rata tal-VAT fis-servizzi turistiċi f’Għawdex f’xhur xitwin li ġew skartati mill-Gvern.
L-Assoċjazzjoni temmen bi sħiħ li t-tnaqqis tal-VAT fuq l-akkomodazzjoni minn 7% għal 3% u t-tnaqqis tal-VAT f’ċerti servizzi turistiċi oħra minn 18% għal 7% jistgħu jiġġieldu din il-problema tal-istaġjonalità fuq il-gżira.
Mill-banda l-oħra, l-Assoċjazzjoni laqgħet il-fatt li l-Gvern laqa’ numru ta’ proposti oħra bħall-investiment permanenti tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel u sistema ġdida ta’ biljetti għall-vapur fl-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
//= $special ?>