Lokali Parlament

SENTEJN MILL-QTIL: Il-PN jitlob li titħassar is-seduta Parlamentari tal-Erbgħa…is-seduta mhux se ssir

F’għeluq is-sentejn mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-parlament għada l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2019 mhux se jiltaqa’ fuq proposta tal-Oppożizzjoni.

Din id-deċiżjoni tħabbret fil-parlament wara li l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar informa lill-parlament li l-Opożizzjoni kienet pproponiet lill-Gvern li għada ma jkunx hemm xogħol fil-parlament; la fis-sessjoni plenarja u lanqas fil-kumitati tal-Kamra.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri qal li l-Gvern kien qed jilqa’ l-propsta tal-Oppożizzjoni.

F’intervent il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li x-xewqa tal-PN kienet li bħala kommemorazzjoni tas-sentejn mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għada ma jiltaqax il-parlament; dan b’sinal ta rispett biex kulħadd jagħmel it-tifkiriet tiegħu.