Futbol Sport

Alexis Sanchez se jdum tliet xhur barra

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-media Taljana rrappurtaw li l-attakkant ta’ Inter Alexis Sanchez għamel operazzjoni fl-għaksa xellugija u se jdum barra madwar tliet xhur. L-attakkant li jinsab b’self mingħand Manchester United, weġġa’ fit-88 minuta tal-logħba kontra l-Kolombja wara daħla minn Juan Cuadrado.

Sanchez mar Barcelona t-Tlieta filgħodu, bit-testijiet jiżvelaw il-problema li għandu fl-għaksa. Iż-żjara kkonfermat ir-riżultat mill-mediċi ta’ Inter u ttieħdet id-deċiżjoni li ssir l-operazzjoni. L-operazzjoni saret waranofsinhar u marret kif pjanat.

L-attakkant Sebastiano Esposito mhux se jkun imsejjaħ għat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena li tibda fis-26 ta’ Ottubru biex jibqa’ ma’ Inter u jipprovdi għażla oħra fl-assenza ta’ Sanchez.

Iċ-Ċilen li għandu 30 sena ngħaqad ma’ Inter f’Awwissu u sa issa lagħab erba’ logħbiet. Hu skorja gowl kontra Sampdoria filwaqt li fl-istess logħba, il-gowl ta’ Stefano Sensi ħabat miegħu qabel daħal fix-xibka.