Lokali

Charles Bonello elett President ġdid għall-KKLPN

F’laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) li nżammet aktar kmieni din il-ġimgħa fid-Dar Ċentrali, ġie elett Charles Bonello bħala l-President il-ġdid tal-KKLPN.

Fl-istess laqgħa ġew ukoll eletti numru ta’ membri ġodda sabiex dan il-Kullegg ikun iffurmat bin-numru massimu ta’ membri skond kif jipprovdi l-istatut.  

Charles Bonello rringrazzja lill-membri kollha tal-Eżekuttiv għall-fiduċja li wrew fih u wiegħed li se jkompli jaħdem b’mod iktar intensiv f’dan il-qasam.

Charles Bonello jemmen li l-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-PN għandu jkun il-fora fejn il-Kunsillieri tal-PN jsibu l-enerġija sabiex jaħdmu dejjem iktar favur ir-residenti tagħhom u l-wens għad-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom minn zmien għal zmien.  

Charles Bonello li għandu 47 sena huwa Kunsillier u Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Fgura, Direttur tal-Kunsillieri Lokali tal-PN u membru tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.