Edukazzjoni Lokali

Diffikultajiet għall-istudenti Universitarji

Fil-ġimgħa li għaddiet, il-gżejjer Maltin ġew maħkuma b’xita qawwija li kkawżat l-iskejtpark jiġi mgħarraq fl-ilma tax-xita. Minħabba dan it-temp sfavorevoli, ħafna mir-residenti tal-Imsida u studenti Għawdxin kellhom id-diffikultajiet biex qasmu l-iskejtpark minn naħa għal oħra.

L-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) fi stqarrija spjega kif huma affaċċjaw id-dilemma bejn “jew jixxarbu, jew jaqsmu t-toroq perikolużi tal-Imsida.”

Il-GUG qal li din m’hijiex l-ewwel darba li seħħet din il-problema u għamlet il-ġranet tar-residenti Maltin u studenti Għawdxin diffiċili.

L-eżekuttiv tal-GUG ilmentaw mal-awtoritajiet rigward din il-problema diversi drabi. Bħala mod biex ‘jikkontrollaw’ din il-kwistjoni, l-awtoritajiet Maltin iddeċidew li jpoġġu ‘stepping stones’ fl-iskejtpark.