Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ titlob għall-verità u l-integrità

Il-Kamra tal-Kummerċ appellat biex il-verita u l-integrita jipprevalu f’kull mument tal-ħajja f’Malta.

Fi stqarrija f’għeluq is-sentejn mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Kamra tal-Kummerċ sellmet lil kull individwu jew organizzazzjoni li taħdem u titkellem fuq il-verita biex joffru servizz indispensabbli lejn pajjiżna.

“J’Alla qatt iktar ma ngħixu mumenti fejn xi ħadd ikun mhedded jew imfixkel milli jaqdi dmiru. J’Alla nissalvagwardjaw it-tiftix tal-verita, tiġi minn fejn tiġi, li għandha importanza kruċjali f’pajjiż modern u ħieles,” tiddikjara l-Kamra tal-Kummerċ.