Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ħalla Malta biex jattendi għas-Summit tal- Partit Popolari Ewropew (PPE), li se jsir għada fi Brussell.
Matul dan is-Summit, Adrian Delia se jiltaqa’ mal-Kapijiet ta’ Stat u Gvernijiet, kif ukoll ma’ mexxejja oħrajn tal-Oppożizzjoni tal-partiti membri fil-PPE.
Għal dan is-Summit, minbarra l-Presidenti se, jkunu qed jattendu wkoll il-President-Eletta tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-Kap negozjatur tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit Michel Barnier.
//= $special ?>