Lokali Qorti

Il-Qorti tiċħad it-talba biex it-Times ikollha aċċess fuq id-dokumenti dwar il-bejgħ tal-VGH

Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Joanne Vella Cuschieri ċaħdet it-talba li kien għamel il-ġurnal Times of Malta biex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni sabiex jitfa’ dawl fuq il-proċess li wassal għall-bejgħ parzjali u kontroversjali tat-tliet sptarijiet pubbliċi lill-Vitals Global Healthcare (VGH).

F’battalja li damet tkarkar tliet snin, il-ġurnal fittex aċċess permezz tal-Informazzjoni Ħielsa (Freedon of Information) biex ikun magħruf kif ġie ffirmat il-‘memorandum of understanding’ (MoU) mal-konsorzju ta’ nvestituri li kienu wara l-VGH qabel mal-kuntratt li sewa biljun ewro ħareġ permezz ta’ sejħa għall-offerti.

L-iffirmar qabel it-tender kien wassal għal akkużi li l-għotja tal-kuntratt lill-
Vitals, li s-sidien tiegħu baqgħu mhux magħrufa u moħbija wara numru ta’ kumpaniji f’ġurisdizzjoni barranija.

Il-Malta Enterprise dejjem insistit li l-MoU ma kienx jorbot u ma kellu l-ebda mpatt fuq kif ingħata t-tender lill-VGH, li bejgħ il-konċessjoni sentejn biss wara, mingħajr ma ffajla l-ebda ‘accounts’ mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.

Il-Malta Enterprise, li hija hija aġenzija tal-Gvern li sorveljat l-iffirmat tal-MoU, irriffjutat saħansitra li tagħti aċċess lill-Kummissarju tad-Data, li huwa l-persuna li jaġġudika it-talbiet it-talbiet tal-Federezzjoni tal-Industriji (FOI).

Dan ir-rifjut ifisser li l-Kummissarju tad-Data lanqas biss seta’ jevalwa il-merti tal-ġurnal Times of Malta’s fuq id-dokumenti. Il-Qorti qalet li l-Malta Enterprise kienet tikser il-liġi li kieku l-MoU għaddiet id-dokumenti lill-Kummissarju tad-Data għal analiżi.

L-Imħallef qalet li dan kien sensittiv u għalhekk ma setax jgħaddi lil terzi. Mistoqsijiet u dubji dwar kif sar il-ftehim fuq l-isptarijiet wassal lill-għaqda mhux Governattiva Repubblika biex jagħmlu talba fil-Qorti għall-inkjesta Maġisterjali. Madankollu, din it-talba ma ntlaqgħetx fl-appell anke jekk dan l-aħħar saret talba ġdid mill-istess Repubblika.