Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tal-finali tat-Tazza tal-President

Id-19-il edizzjoni tat-Tazza tal-President se ssir il-Ħadd 27 ta’ Ottubru b’total ta’ 12-il żiemel finalist. Il-finali se tkun bħas-soltu taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta u din se tkun l-ewwel waħda taħt il-President attwali George Vella li mistenni jattendi għall-finali. Mal-wasla tal-President ta’ Malta ż-żagħżugħ Neil Aquilina se jkun qed jilqgħu bil-kant tal-Innu Malti filwaqt li jinterpreta d-diska tal-okkażjoni mat-tħabbira tar-riżultat uffiċjali.

F’konferenza stampa indirizzata mill-Kordinatur għall-Media u r-Relazzjonijiet Pubbliċi, Lorraine Cunningham tat l-aħħar dettalji. Għalkemm hi finali tat-tiġrijiet taż-żwiemel, hemm skop ukoll li jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Din is-sena, dan il-kampjonat sar aktar kmieni mis-sena l-oħra biex jagħti spazju liż-żwiemel kollha tal-Klassi Premier li jikkompetu.

It-Tazza tal-President din is-sena hi ffinanzjata kollha mill-Malta Racing Club u l-assoċjazzjoni tittama f’somma tajba li tkun tista’ tgħaddi lil Malta Community Chest Fund Foundation. Apparti l-premju tal-flus, dawk li jidħlu fl-ewwel erba’ postijiet jirċievu trofej kommemorattivi filwaqt li r-rebbieħ inaqqax ismu fuq it-trofew maħdum mill-artist George Muscat u kkummisjonat mill-President Emeritu George Abela. Iż-żiemel rebbieħ jingħata wkoll tifkira tal-okkażjoni.

Il-programm se jinkludi tiġrija tal-ponijiet shetland bit-trott misjuqa mit-tfal tal-Akkademja tat-Tiġrijiet filwaqt li kif inhi t-tradizzjoni se jkunu t-tfal stess li jwasslu lill-ġerrejja għall-preżentazzjoni tat-tifkira tal-okkażjoni. Il-programm ta’ tiġrijiet mistenni jibda fis-1.15pm u l-finali ssir fl-4.15pm. Fost iż-żwiemel finalisti insibu r-rebbieħ tas-sena l-oħra Global Oracle.

Fl-aħħar, is-sidien taż-żwiemel finalisti għażlu huma stess in-numri li bihom se jitilqu wara l-karozza f’din l-ordni

1. Ulysse du Bouchet (Paul Galea)

2. Axel Tilly (Charles Camilleri)

3. Visconti (Jesmar Gafà)

4. Stormbringer G.R (Rodney Gatt)

5. Vichenko Chef (Noel Baldacchino)

6. Mind Your Face (Clint Vassallo)

7. Until Oaks (Owen Borg)

8. Global Oracle (Cliferty Calleja)

9. Vakato (Chris Grech)

10. Alain D’Occagnes (Ludvig Ghigo)

11. Un Amour du Pont (Andrew Farrugia)

12. Ultra de Vindecy (Michael Ellul)

Lista tar-Rebbieħa Preċedenti

Sajf 1992    Zito Bob (Tony Tanti)

1992/1993  Sanit (Charles Clifton)

1993/1994  Alto Be (Frencu Cassar)

1994/1995  Major Bill (John Briffa)

1995/1996  Huggie Hanover (Raymond Clifton)

1996/1997  Huggie Hanover (Raymond Clifton)

1997/1998  Captain Trackline (Joseph Scicluna)

1998/1999  Bambin d’Orleans (Philip Giordmaina)

2004           Huit Mars (Michael Seychell)

2010           Lucas Ness (Mario Farrugia)

2011           Livi Cantona (Charles Camilleri)

2012           Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino)

2013           Gently di Poggio (Brian Zammit)

2014           Pedro Vici (Johann Axisa)

2015           Vasterbo Paradise (Claudio Refalo)

2016           Uhal Berven (Rodney Gatt)

2017           Tip Top Nelliere (Michael Ellul)

2018           Global Oracle (Noel Baldacchino)