Iċ-champions lokali Luxol temmew l-impenji tagħhom f’din l-edizzjoni tal-UEFA Futsal Champions League fi draw ta’ 2-2 kontra Imperial Wet. Ir-Rumeni għalqu l-grupp fit-tieni post wara AC Sparta Praha li kkwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp hekk kif rebħu t-tliet logħbiet tagħhom.
Dan ir-riżultat kien l-ewwel punt għal Luxol fir-Rawnd Prinċipali ta’ din il-kompetizzjoni u ma rnexxielhomx jevitaw l-aħħar post. Luxol kienu qed ifittxu li f’din il-fażi jirrepetu jew itejbu t-tliet punti miksuba sentejn ilu.
Luxol kellhom lil Celino Alves lura fl-iskwadra minn sospensjoni filwaqt li Pereira de Souza u Finho neqsin. Leanderson Sant’Anna Coriolano poġġa lil Luxol fil-vantaġġ wara żewġ minuti u 20 sekonda wara passaġġ perfett ta’ Maicon Silva.
Savio Valadares ġab id-draw lejn nofs l-ewwel taqsima iżda ftit aktar minn ħames minuti għat-tmiem tat-taqsima, Everton Vevè reġa’ poġġa lit-tim ta’ Gabriel Dobre minn fuq b’xutt b’saħħtu. Madankollu r-Rumeni ġabu d-draw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima hekk kif wara li laqtu l-mimduda, Alvarito rnexxielu jegħleb b’xi ftit fortuna lil Kenneth Rakvaag.
Fit-tieni taqsima l-gowlkiper Norveġiż salva lit-tim meta salva tajjeb fil-bidu tat-taqsima, b’Celino Alves ikun imċaħħad mill-mimduda erba’ minuti mit-tmiem wara li qabbeż mid-distanza.
//= $special ?>