Sport Sport Ieħor

Tim Artie lest għar-Rolex Middle Sea Race

Id-dgħajsa ġdida ta’ Artie Sailing Team għadha kif ġiet varata fil-Marina di Valletta bil-lest għar-Rolex Middle Sea Race 2019. It-tim Malti għandu ambizzjonijiet għolja għal din l-edizzjoni u qed jimmira għal pożizzjoni tajba fil-kategorija tiegħu. Artie Sailing Team huwa magħruf sew f’dan l-isport, kemm f’Malta kif ukoll barra. It-tim diġà kellu l-opportunità juri l-ħila u tiegħu f’okkazzjonijiet oħra u fil-fatt, rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race darbtejn, fl-2011 u fl-2014.

L-iskwadra hija mmexxija minn Lee Satariano u Christian Ripard li bejniethom għandhom esperjenza twila fit-tbaħħir. Din is-sena, huma qed jikkompetu b’dgħajsa tal-ogħla livell li mhux biss hija aktar veloċi iżda wkoll aktar impenjattiva. Magħhom irenxxielhom jibnu tim ta’ talent kbir magħmul minn Sean Arrigo, Annemieke Bes, Mathieu Almekinders, Erik Jan van de Zande, Karl Miggiani, Justin Busuttil u Jake Satariano.

Il-jott il-ġdid huwa tat-tip HH42 iddisinjat mill-kumpanija ewlenija Judel-Vrolijk u li bħala hawn biss ħamsa oħra fid-dinja. L-istruttura hija magħmula mija fil-mija minn carbon fibre u tiżen ftit aktar minn 4.2 tunnellata. Id-dgħajsa ġiet ridotta sal-essenzjal biex tiffaċilita l-aċċelerazzjoni u veloċità massima.

Artie Sailing Team huwa kburi wkoll li sab l-appoġġ tad-ditta tal-karozzi Jeep u ilu xhur sħaħ jaħdem biex ilesti l-jott għall-istaġun li ġej. Il-kollaborazzjoni ma’ Jeep hija parti minn programm ta’ Motors Inc. – l-importatur uffiċjali tal-marka f’Malta – li qed joffri appoġġ lit-talent sportiv lokali.

Jonathan Cremona, il-kap tal-Iżvilupp Strateġiku ta’ Motors Inc., qal li l-marka Jeep u Artie Sailing Team għandhom ħafna kwalitajiet komuni: “Ir-Rolex Middle Sea Race hija avventura unika li se tpoġġi l-perseveranza, il-grinta u l-unità tat-tim taħt prova. Dawn huma l-istess valuri li jiggwidaw lil din id-ditta leġġendarja, u Jeep se tkun motivazzjoni kontinwa għall-iskwadra matul it-tellieqa sħiħa.” Ir-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru mill-Port il-Kbir, b’144-il jott minn 17-il pajjiż jikkompetu għall-glorja.