Raġel ta’ 57 sena residenti Ħal Qormi, qed ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.00 meta il-Pulizija ġew infurmati li raġel waqa’ minn għoli ġewwa sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq is-Silla kantuniera ma’ Triq iċ-Ċervjola, Marsaskala.
Jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit meta għal xi raġuni waqa’
Il-vittma kien assistit minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u Tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>