Internazzjonali Sport

Boxer imut b’kawża ta’ daqqa ta’ ponn fir-ring

FL-ISTATI UNITI: Patrick Day, boxer, tilef ħajtu tliet ijiem wara li qala’ daqqa ta’ ponn meta kien fir-ring. Huwa kien qiegħed jiġġieled ġlieda sportiva ma’ Charles Conwell.

Day li ġie megħlub fl-10 rawnd, waqa’ ftit minuti, b’tim mediku jidħol fir-ring biex jagħti l-ewwel assistenza medika, wara huwa ttieħed immedjatament l-isptar. Tul dawn l-aħħar tliet ijiem huwa kien mitluf minn sensih.

Charles Conwell permezz ta’ post fuq Twitter qal li qatt ma bassar li xi ħaġa bħal din tista’ tiġri, u qal li xtaq li din il-ġlieda boxing qatt ma seħħet.

Il-kumpanija li kienet tieħu ħsieb lill-vittma, DiBella Entertainment qalet li se tagħmel minn kollox biex tħalli ħajja l-memorja ta’ Pat Day.