- Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li quddiem il-proposti ambjentali tal-Oppożizzjoni, flok kien kostruttiv, il-gvern attakka lill-Oppożizzjoni minkejja r-reazzjoni pożittiva tas-soċjetà ċivili.
Hu appella liż-żgħażgħ beix ma jaqtgħux qalbhom u l-bidla fil-kliema tkun trattat bi prijorità. Hu sellem lid-deputat Nazzjonalista Azzopardi li għaddej min diffikultajiet kbar u appella biex il-familja Azzopardi biex ikollha l-kuraġġ.
Il-probema hi li jekk id-dinja mhix se tbiddel il-mod kif tgħix kollox se jinqered, sostna Karl Gouder, li qal li minkejja l-isfidi s-soluzzjoni qiegħeda hemm. Hu semma’ l-fossil fuels li jniġġsu iżda qal li hemm soluzzjonijiet biex l-energy mix tkun mibudla mid-dipendenza fuq fossil fuels għal riżorsi oħra. Karl Gouder appella beix isir investiment biex il-familji jkunu jistgħu jinvestu f’enerġija nadifa. Hu qa li l-Gouder qal li l-parlament Malti għandu jingħaqad biex jieħu l-miżuri kollha biex jitwettqu l-inizjattivi ambjentali.
Karl Gouder qal li l-politiċi għandhom responsabbiltajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tappella biex l-industrija tal-crusie liners issir sostenibbli.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex ikunu kkunsidrati modi alternattivi ta’ trasprt fil-pajjiż u appella wkoll beix il-Ministru tal-Ambjent ma jidħolx fil-kwistjoni ta’ issue bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni għaliex l-Oppożizzjoni għandha intenzjonijiet pożittivi
//= $special ?>