- Robert Cutajar, PN
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-kunsilli lokali qatgħu qalbhom li jwettqu inizjattivi ambjentali għaliex il-gvern mhux jappoġġjhom.
Fil-parlament Robert Cuatajr qal li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabet l-appoġġ ta’ ħafna għaqdiet ambjentali u anki tal-ex Mexxej Laburista Alfred Sant li appella biex issib l-appoġġ tal-Kamra. Il-gvern għandu jammetti li la din hi mozzjoni tajba għall-ġenerazzjonijiet futuri allura għandu jkun hemm qbil dwarha.
Hu semma’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea tal-2008 fejn hemm 53 pajjiż u 9,288 raħal u belt minn kullimkien li flimkien jammontaw għal 300 miljun resident li tkellmu dwar l-emerġenza tal-klima.
Robert Cutajar qal li hemm ukoll dokument minn 37 lokal f’Malta li huma firmatarji bl-iskop li l-kunsilli lokali jilħqu l-miri ambjentali tagħhom u jnaqqsu l-emissonijiet b’20%. Il-kunsill lokali qatgħu qalbhom għaliex ma sabux l-appoġġ tal-gvern. Kieku l-gvern emmen fil-kunsilli lokali r-riżultati kienu jkunu aħjar.
Robert Cutajar appella lill-Ministru tal-Ambjent biex jappoġġa l-inizjattivi meħtiġa meħtieġa mill-Convenant of Mayors. Hu sostna li l-PN għandu l-ambjent għal qalbu u appella wkoll biex il-parlament isib qbil unanimu dwar l-ambjent billi jinqatgħu l-piki.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jintbgħat messaġġ li l-parlament kapaċi jaqbel fuq l-ambjent.
//= $special ?>